IO3 Digital actions for the upskilling of grassroot communities

#3 Azzjonijiet diġitali għat-titjib tal-ħiliet tal-komunitajiet

Azzjonijiet diġitali għat-titjib tal-ħiliet tal-komunitajiet jiffokaw fuq innovazzjoni minn isfel għal fuq, immexxija mill-komunitajiet infushom. Inizjattivi bħal dawn jaraw lill-persunal u l-istudenti tal-Edukazzjoni Ogħla (EO) jingħaqdu ma’ komunitajiet b’kompetenza biex jiksbu l-għanijiet tagħhom, appoġġ tekniku u pariri, u wkoll espansjoni tal-komunità. Fil-maġġoranza tal-każijiet dawn huma gruppi tal-komunitajiet li jinkludu jew jirrappreżentaw nies li jesperjenzaw inqas opportunitajiet. Speċifikament, dan ir-Riżultat għandu l-għan li: – joffri opportunità lil komunitajiet varji, inklużi nies b’anqas opportunitajiet, biex jesprimu t-tħassib ambjentali, soċjali jew ta’ tħassib ieħor tagħhom; – Inqabbdu l-EOs aktar fi rwol ta’ appoġġ għal diversi gruppi ta’ ċittadini fil-pajjiżi tal-UE, inklużi gruppi ta’ ċittadini vulnerabbli (bħal nies mhux fledukazzjoni, impjieg jew taħriġ, u migranti, refuġjati, komunitajiet emarġinati, anzjani, nisa qiegħda eċċ.) biex jibnu ħiliet u kapaċitajiet tekniċi bħala reazzjoni għall-pandemija; – jinkoraġġixxu attivitajiet ta’ ko-ħolqien bejn il-komunitajiet u l-persunal ta’ l-EO u studenti lesti li jindirizzaw l-isfidi tal-komunitajiet u jgħinu lill-komunitajiet isibu tweġiba solida, ibbażata xjentifikament għall-bżonnijiet tagħhom, u – tirrapporta dwar ir-riżultati tal-proċess f’termini ta’ bidla fl-EO alimentata minn involviment fil-ħtiġijiet tal-komunitajiet għal futur aħjar.

Infographics

These infographics are available in English, French, Greek and Maltese.